Dwar il-Kampanji fuq Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa
Fil-prinċipju, aħna ma nipprovdux appoġġ finanzjarju għal proġetti esterni.
Sfortunatament, l-EU-OSHA ma tistax tapprova jew tirreklama prodotti jew servizzi kummerċjali.
Għalkemm l-EU-OSHA ma tipprovdix riżorsi speċifikament għat-taħriġ, fit-taqsima Temi tagħna, wieħed jista’ jsib informazzjoni dwar suġġetti rilevanti, u wħud mill-pubblikazzjonijiet tagħna jinkludu studji tal-każijiet dwar it-taħriġ.
Iva, diment li inti tirrikonoxxi lill-EU-OSHA kif ġej:
© L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), [data]. Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma’ s-sors oriġinali.
Jekk jogħġbok kun af li inti ma għandek tagħmel l-ebda bidla sostanzjali fit-test jew fl-illustrazzjonijiet mingħajr il-permess espliċitu tal-EU-OSHA.
Il-pubblikazzjonijiet kollha tagħna huma disponibbli fit-taqsima Pubblikazzjonijiet ta’ dan is-sit web. Dawn jistgħu jinqraw onlajn u jitniżżlu mingħajr ħlas. Kopji stampati jistgħu jiġu ordnati permezz tal-EU Bookshop.
Il-membri nazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-istandards Ewropej ibiegħu l-Istandards Ewropej bħala standards nazzjonali u abbozzi ta’ standards. Aktar informazzjoni hija disponibbli mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.