Il- Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa jagħti ġieħ lill-aqwa dokumentarju dwar temi relatati max-xogħol. Il-premju huwa ppreżentat mill-EU-OSHA fil-Festival Internazzjonali ta' Leipzig tad-Dokumentarji u l-Films Animati (DOK Leipzig).
DOK Leipzig huwa wieħed mill-festivals l-iktar importanti għad-dokumentarji u l-films animati fid-dinja. Dan ospita l-Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa sa mill-2009, li bl-appoġġ tal-EU-OSHA, joffri sfida lill-produtturi tal-films biex joħolqu dokumentarji li jiffukaw fuq il-bniedem f'dinja tax-xogħol dejjem tinbidel.
Ara r-rebbieħa preċedenti fuq https://osha.europa.eu/mt/healthy-workplaces-campaigns/awards/hw-film-award