You are here

Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

Healthy Workplaces Film Award

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ilha mill-2009 tippreżenta l-Premju tal-Films għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, bħala kategorija fi ħdan il-Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Dokumentarji u Films Animati. Flimkien mal-fond tal-premju ta’ EUR 5,000, l-EU-OSHA tiffinanzja wkoll is-sottotitolar u l-produzzjoni ta’ DVDs tal-films rebbieħa f’diversi lingwi Ewropej biex jintużaw mid-diretturi u jitqassmu fost in-netwerk nazzjonali tal-EU-OSHA (Punti Fokali) fit-28 Stat Membru tal-UE u pajjiżi oħra Ewropej.

Il-premju jonora dokumentarju jew film animat li jiffoka fuqil-bniedem li qiegħed f’dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel. Il-film jeħtieġ li jindirizza l-effetti ta’ bidla politika u ekonomika dwar il-mod kif naħdmu u ngħixu, jew suġġetti relatati max-xogħolbħal kundizzjonijiet fiżiċi u psikosoċjali, riskji eżistenti u ġodda fuq il-post tax-xogħol.

Informazzjoni dwar ir-regoli, ir-regolamenti u l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet jinsabu fuq is-sit web tal-Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Dokumentarji u Films animati:

Kriterji tal-Films

Rebbieħa tal-premju 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 20162017