Li wieħed ikun aktar attiv fuq il-post tax-xogħol jista’ jgħin biex jiġu evitati problemi tas-saħħa bħal problemi muskoloskeletali (MSDs) u mard tal-qalb marbuta max-xogħol sedentarju, u biex titjieb il-prestazzjoni.
Din l-infografika fiha suġġerimenti sempliċi għall-impjegaturi u għall-ħaddiema, bħal teħid ta’ pawżi żgħar frekwenti, il-mixi matul it-telefonati, il-pawżi għal tmattir fil-laqgħat u l-pożizzjoni tal-qagħda “bilqiegħda dinamika”.