You are here

Għodda ta' viżwalizzazzjoni tad-data dwar xogħol aktar sigur u li jġib 'il quddiem is-saħħa f'kull età

Din l-għodda ta' viżwalizzazzjoni tad-data tenfasizza s-sejbiet ewlenin ta' proġett li twettaq mill-EU-OSHA fuq talba tal-Parlament Ewropew bl-għan li jifhem is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) fil-kuntest ta' forza tax-xogħol Ewropea li qed tixjieħ.

Din tipprovdi preżentazzjoni viżwali aċċessibbli tad-data dwar id-demografija, l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u s-saħħa fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ, u tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u politiki relatati li qed jindirizzaw l-isfidi.

L-għodda hija interattiva u l-utenti jistgħu:

  • isiru jafu aktar dwar l-isfidi ta' forza tax-xogħol Ewropea li qed tixjieħ
  • jagħtu titwila lil politiki, strateġiji u programmieżistenti ta' Stati Membri differenti tal-UE
  • jeżaminaw id-diversità demografika u soċjoekonomika, kif ukoll id-differenzi fis-sistemi tas-saħħa u dawk soċjali, fost erba' "gruppi ta' pajjiżi" Ewropej, u r-rilevanza ta' dan għall-iżvilupp tal-politika
  • jużaw "profili tal-pajjiżi" biex iqabblu strateġiji ta' riabilitazzjoni u tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol relatati mal-età fil-pajjiż tagħhom mal-UE kollha kemm hi u ma' pajjiżi oħra Ewropej.

Jingħata glossarju ta' termini li jintużaw ta' spiss u l-utenti jistgħu jikkondividu din l-għodda fuq, pereżempju, Twitter u Facebook.

AĊĊESSA L-GĦODDA