You are here

Pubblikazzjonijiet
06/03/2014

Sommarju - Riskji u xejriet ġodda fis-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq ix-xogħol

Sommarju - Riskji u xejriet ġodda fis-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq ix-xogħol

Fl-2009 u l-2010, l-Aġenzija kkummissjonat aġġornament għar-riċerka preċedenti tagħha dwar id-dimensjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fuq il-post tax-xogħol, li sabet li l-inugwaljanza kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll barra minnu jista’ jkollha effett fuq is-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq ix-xogħol. Dan is-sommarju jipprovdi perspettiva ta’ politika u huwa intenzjonat li jikkontribwixxi għall-kompitu deskritt mill-istrateġija Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-Osservatorju Ewropew tar-Riskji tal-EU-OSHA, “neżaminaw l-isfidi speċifiċi f’termini tas-saħħa u s-sigurtà maħluqa mill-integrazzjoni iżjed mifruxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol”. Jipprovdi ħarsa ġenerali statistika lejn ix-xejriet fil-kundizzjonijiet tal-impjiegi u tax-xogħol, l-esponiment għall-periklu u l-aċċidenti relatati max-xogħol u l-problemi tas-saħħa għan-nisa fuq ix-xogħol. Jesplora kwistjonijiet magħżula (esponimenti kombinati, kanċer okkupazzjonali, aċċess għar-riabilitazzjoni, in-nisa u xogħol informali, u professjonijiet femminili “emerġenti” bħall-kura fid-dar u x-xogħol domestiku). Ir-riċerka tenfasizza t-tip ta’ xogħol imwettaq min-nisa, il-kwistjonijiet li jiffaċċjaw in-nisa żgħażagħ u n-nisa mdaħħlin fiż-żmien, it-tkabbir tas-settur tas-servizzi, il-vjolenza u l-fastidju, u l-mudelli tal-ħin tax-xogħol dejjem aktar diversifikati bħala l-fatturi ewlenin tar-riskju.

Downloadin:DE | EL | EN | FR | HU | MT