Il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali fuq il-postijiet tax-xogħol Ewropej: evidenza mit-Tieni Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2)

Keywords:

Dan ir-rapport jeżamina l-ostakli għal u l-motivaturi tal-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, u kif din tiġi influwenzata minn kuntesti nazzjonali u organizzattivi differenti. L-esponiment tal-ħaddiema għal riskji psikosoċjali qed jiżdied. Madankollu, il-livell tar-riskju u l-effettività tal-ġestjoni jvarjaw tul is-setturi u l-pajjiżi.

Abbażi tas-sejbiet ta’ analiżi kwantitattiva tad-data ta’ ESENER-2 flimkien ma’ data oħra speċifika għall-pajjiż, qed jintwera li l-kuntest nazzjonali - il-kultura, l-ekonomija u l-inizjattivi għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mis-sħab soċjali - huwa relatat mal-livell tal-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol. Dan jiżvela wkoll li l-impenn mill-maniġment u l-involviment tal-ħaddiema x’aktarx li se jkunu l-motivaturi organizzattivi l-aktar effettivi għall-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali, irrelevanti mill-kuntest nazzjonali. L-implikazzjonijiet prattiċi ta’ dawn is-sejbiet qed jiġu diskussi wkoll.

Niżżel in: en