Folja tal-fatti 96: Manutenzjoni ħielsa mill-periklu fil-prattika – Fatturi ta’ suċċess

Bini u tagħmir isiru perikolużi jekk ma jiġux miżmuma b’mod xieraq. Madankollu l-manutenzjoni nnifisha hija attività ta’ riskju kbir. Proċeduri sikuri għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu parti mis-sistemi ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-kumpaniji. Dan jista’ jsir aktar jekk ikun hemm impenn fil-ġestjoni, involviment tal-ħaddiema, valutazzjoni effettiva tar-riskju, komunikazzjoni tajba, taħriġ dwar is-sigurtà u użu effettiv ta’ aktar minn miżura waħda preventiva. Bosta kumpaniji jikkunsidraw operazzjonijiet ta’ manutenzjoni fl-istadju tad-disinn ta’ bini u tagħmir sabiex jgħinu fl-eliminazzjoni tar-riskji matul operazzjonijiet ta’ manutenzjoni futuri.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv |