Il-gwida elettronika dwar Postijiet tax-Xogħol li jieħdu ħsieb is-Saħħa f'kull Età

Image

Il-gwida elettronika "Postijiet tax-Xogħol li jieħdu ħsieb is-Saħħa f'kull Età" tipprovdi lill-postijiet tax-xogħol b'informazzjoni u appoġġ għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qiegħda tixjiħ. L-għan tagħha huwa li tqajjem aktar sensibilizzazzjoni u għarfien relatati mat-tixjiħ tal-forza tax-xogħol, il-proċess ta' tixjiħ innifsu u l-implikazzjonijiet tiegħu fuq il-post tax-xogħol, u li tipprovdi gwida prattika dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi relatati.

Il-gwida elettronika tipprovdi informazzjoni dwar

  • il-ġestjoni tal-età
  • il-valutazzjoni tar-riskju sensittiva għall-età
  • il-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol

u suġġetti oħrajn rilevanti għall-impjegaturi, professjonisti tal-OSH, persunal tal-HR, u ħaddiema.

Din fiha wkoll studji tal-każijiet u glossarju li jispjega xi termini użati ta' spiss.

Aċċess għall-gwida elettronika