Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-karċinoġeni

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tipproteġi aħjar lill-ħaddiema minn kimiki li jikkawżaw il-kanċer

Il-Kummissjoi Ewropea qed tipproponi bidliet fid-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (2004/37/KE) biex tillimita l-espożizzjoni għal 13-il kimika li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol, inkluż 'is-silika kristallina respirabbli' (RCS).
Il-kanċer huwa stmat li huwa responsabbli għal iktar minn nofs l-imwiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol fl-UE, total ta' madwar 102,000 mewta fis-sena.

L-introduzzjoni ta' dawn il-valuri ta' limitu se twassal għal inqas każijiet ta' kanċer okkupazzjonali u se ttejjeb il-protezzjoni legali tal-ħaddiema esposti, speċjalment fis-settur tal-kostruzzjoni. Billi tnaqqas id-differenzi ta' bejn l-Istati Membri f'termini tal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, din il-proposta se tinkoraġġixxi iktar impjiegi traskonfinali, għaliex il-ħaddiema jistgħu jiżguraw ruħhom li l-istandards u l-livelli minimi ta' protezzjoni ta' saħħithom se jkunu ggarantiti fl-Istati Membri kollha