In-nisa u l-forza tax-xogħol li qed tixjieħ: implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - Rieżami tar-riċerka.

Keywords:

Dan ir-rapport jeżamina l-interazzjoni bejn is-sessi u l-età fil-kuntest tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Huwa jesplora l-bżonn li jiġu kkunsidrati l-bidliet relatati mal-età li huma marbuta mad-differenzi (bijoloġiċi) sesswali — bħall-menopawża, li dwarha m'hemmx biżżejjed riċerka — u mad-differenzi (imfassla soċjalment) tas-sessi — inkluż is-segregazzjoni vertikali (differenzi ġerarkiċi) u orizzontali (li jiddominaw setturi differenti), li jesponu lin-nisa għal riskji differenti minn dawk li jiġu esposti għalihom l-irġiel. Minħabba li t-tali differenzi jippersistu matul il-ħajja tax-xogħol, ġie konkluż li kemm is-sess tal-persuna, kif ukoll it-tixjiħ, għandhom jiġu inkorporati fil-valutazzjoni tar-riskju f’approċċ ta’ tul il-ħajja kollha.

Niżżel in: en

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett