Ir-Renju Unit Għodda bla ħlas ibbażata fuq l-internet biex jintgħażlu l-aħjar miżuri biex il-ħaddiema jiġu protetti minn dħaħen tal-iwweldjar perikolużi

Keywords:
Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
Organizzazzjoni mfaħħra 

L-iwweldjar huwa wieħed mill-kompiti li l-aktar jitwettqu fis-settur tal-manifattura, u dan ipoġġi lil mijiet ta’ eluf ta' ħaddiema f'riskju ta’ problemi fil-pulmun ikkawżati mid-dħaħen perikolużi prodotti.

Sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet u biex tgħin lill-ħaddiema u lis-superviżuri tagħhom jidentifikaw u jimplimentaw miżuri ta’ kontroll xierqa, il-British Occupational Hygiene Society, b'kollaborazzjoni ma' diversi organizzazzjonijiet influwenti oħra, żviluppat il-Welding Fume Control Selector Tool ibbażata fuq il-web, wara stħarriġ fost l-utenti potenzjali.

L-għodda hija bla ħlas, faċli biex tużaha u disponibbli għall-pubbliku, u tiġġenera gwida mfassla dwar kif l-aħjar li tikkontrolla r-riskji assoċjati ma’ biċċa xogħol partikolari li tinvolvi l-iwweldjar fi ftit minuti. Hija parti mill-pakkett ta’ informazzjoni Breathe Freely in Manufacturing u tista’ tintuża minn min iħaddem u mill-ħaddiema.

Niżżel in: en | is | ro |