Nappoġġjaw is-saħħa muskoloskeletali fuq il-post tax-xogħol

Keywords:

L-iskeda informattiva tintroduċi Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa Jnaqqsu l-Piż, kampanja ta’ sensibilizzazzjoni madwar l-Ewropa dwar id-disturbi muskoloskeletali (MSDs).

L-MSDs huma l-aktar problema tas-saħħa komuni relatata max-xogħol fl-UE. L-MSDs huma kawża ewlenija ta’ tħassib: l-ewwel nett minħabba li jaffettwaw is-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa ta’ tant ħaddiema, u t-tieni minħabba l-impatti ekonomiċi fuq l-intrapriżi u l-ispejjeż finanzjarji u soċjali għall-pajjiżi Ewropej.

L-MSDs jistgħu jiġu evitati u huma ġestibbli. Dan jista’ jinkiseb billi jiġi adottat approċċ ta’ ġestjoni integrat biex jiġu indirizzati l-MSDs abbażi tal-prinċipji tad-Direttiva Qafas dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol, li fosthom nixtiequ nissottolinjaw: il-valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol, il-ġerarkija tal-prevenzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema.

Niżżel in: bg | de | el | en | es | et | fi | fr | is | it | no | pl | pt | ro |