Sommarju: Rapport avangwardja dwar sustanzi tossiċi riproduttivi (State-of-the-art report on reproductive toxicants)

Is-saħħa riproduttiva tal-ħaddiema tista’ tkun f’riskju minħabba kimiċi perikolużi, bħal pestiċidi u prodotti farmaċewtiċi, kif ukoll minħabba fatturi bijoloġiċi, fiżiċi, organizzattivi u psikosoċjali.

Il-kwistjoni ta’ riskji riproduttivi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-biċċa l-kbira kienet iffukata fuq in-nisa, u l-aktar fuq in-nisa tqal, iżda r-riskji riprotossiċi jistgħu filfatt jaffettwaw is-saħħa riproduttiva kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. Sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jistgħu jaffettwaw ukoll l-iżvilupp tal-fetu u dak uman u l-effetti jinkludu korrimenti, malformazzjonijiet u defiċjenzi funzjonali.

Is-sommarju jippreżenta fil-qosor ir-riżultati ta’ rapport li jeżamina l-għarfien attwali dwar ir-riskji fuq il-post tax-xogħol għar-riproduzzjoni. Dan jenfasizza l-lakuni f’dak l-għarfien u jirrakkomanda x’għandu jsir biex tiżdied s-sensibilizzazzjoni u titjieb il-prevenzjoni.

Niżżel in: cs | el | en | es | fr | hu | is | lt | nl | pl | pt | sl |