Sostituzzjoni ta’ solventi karċinoġeniċi u newrotossiċi użati fil-konzar

Keywords:

L-istudju tal-każ iqis eżempju ta’ prattika tajba minn kumpanija li timmanifattura prodotti ta’ xedd is-saqajn fi Spanja. Dan juri kif is-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi b’oħrajn inqas perikolużi tista’ ttejjeb ħafna s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, kif ukoll l-importanza tat-taħriġ u ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema.

L-istudju tal-każ huwa relatat mal-istorja ta’ ħaddiema ta’ 25 sena li saħħitha ġiet affettwatha ħażin minħabba esponiment għal solventi perikolużi fuq ix-xogħol. Wara dan l-inċident u inċidenti serji oħrajn, il-kumpanija ħadmet ma’ esperti fis-saħħa u s-sigurtà, mal-awtoritajiet u ma’ rappreżentanti tal-union biex timplimenta taħriġ xieraq, tissostitwixxi s-solventi, u tintroduċi miżuri tekniċi addizzjonali biex tnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema għal solventi perikolużi.

Il-kumpanija bidlet ukoll il-proċess ta’ produzzjoni u xtrat ġilda ttrattata minn qabel biex telimina proċedura perikoluża fuq ix-xogħol.

Niżżel in: en