Postijiet tax-xogħol mingħajr duħħan tat-tabakk. Pariri għal min ipejjep
29/05/2012
Tip:
Dokumenti ta’ diskussjoni
2 paġni
Ġie kkalkulat li aktar minn nofs miljun persuna fl-Unjoni Ewropea jmutu kull sena minħabba mard ikkawżat mit-tipjip. Dan l-aħħar ġew imfassla rakkomandazzjonijiet Ewropej sabiex issir kampanja favur postijiet tax-xogħol ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk. Dawn saru sabiex jingħata ħarsien lil dawk li ma jpejpux waqt li jkunu fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll biex min ipejjep ikun jista’ jaqta’ d-dipendenza. Iddaħħlu miżuri ta’ projbizzjoni tat-tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol f’diversi pajjiżi tal-UE, u li jidher li dawn diġà qed jaħdmu minħabba li l-għadd ta’ nies li ġarrbu attakk tal-qalb naqas minn meta ddaħħlu l-miżuri ta’ projbizzjoni tat-tipjip f’ambjenti interni.