Postijiet tax-xogħol mingħajr duħħan tat-tabakk. Pariri għal min ma jpejjipx
29/05/2012
Tip:
Dokumenti ta’ diskussjoni
2 paġni
Ġew implimentati miżuri ta’ projbizzjoni tat-tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol f’diversi pajjiżi tal-UE. Madankollu, f’ċerti każijiet l-impjegati għadhom qed jiġu esposti għad-DTA. Għalhekk, hemm bżonn li kulħadd jieħu azzjoni minn issa sabiex l-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk fuq il-post tax-xogħol tiġi eliminata. Għarfien dwar l-effetti ħżiena tad-DTA jista’ jgħinek biex tagħti appoġġ lil min qed jimpjegak ħalli jimplimenta miżuri ta’ projbizzjoni tat-tipjip fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll biex tħeġġeġ lill-kollegi tiegħek jieqfu jpejpu.