Seasonal workers

Ħaddiema staġonali: kunu afu d-drittijiet tagħkom u żommu ruħkom sikuri u b’saħħitkom fuq il-post tax-xogħol

Keywords:

Il-ħaddiema staġonali minn madwar l-UE kollha għandhom id-dritt li jkunu sikuri u b’saħħithom fuq il-post tax-xogħol. Iżda ta’ spiss ikunu esposti għal kundizzjonijiet prekarji tal-għajxien u tax-xogħol, li marru għall-agħar minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-kampanja Id-Drittijiet Għall-Istaġuni Kollha (Rights for All Seasons) fis-settur agroalimentari, li tnediet mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, għandha l-għan li tissensibilizza dwar id-drittijiet ta’ ħaddiema staġonali u s-servizzi disponibbli għalihom.

Dan il-volantin tal-kampanja jipprovdi gwida li tinftiehem b’mod faċli għall-ħaddiema staġonali dwar id-drittijiet tagħhom, ir-riskji li jistgħu jiffaċċjaw u r-responsabbiltajiet tal-impjegaturi tagħhom. Jenfasizza wkoll fejn jistgħu jiksbu l-għajnuna jekk ikun hemm bżonn u jinkludi links għal aktar informazzjoni utli.

Niżżel in: en