Is-saħħa u s-sigurtà f'intrapriżi mikro u żgħar fl-UE: il-perspettiva mill-post tax-xogħol

Keywords:

Dan ir-rapport jippreżenta s-sejbiet ta’ studju dwar il-fehim u l-esperjenzi tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) f’162 intrapriża mikro u żgħira (MSEs) magħżula minn firxa ta’ setturi ekonomiċi f’disa’ Stati Membri tal-UE. Il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Kull studju tal-każ kien jinvolvi żjara lill-kumpanija parteċipanti u intervisti mas-sid maniġer u ħaddiem, kif ukoll osservazzjonijiet tal-attivitajiet tal-intrapriża.

Xi wħud mill-attitudnijiet l-iktar osservati fost l-MSEs studjati inkludew approċċ reattiv b'saħħtu ħafna, perċezzjoni ta' “sens komun” bħala miżura suffiċjenti tal-OSH u sottovalutazzjoni tar-riskji għas-saħħa. Hemm ukoll karatteristiċi esterni ovvji li jinfluwenzaw in-negozju u l-prattiki tal-OSH fl-MSEs, inklużi l-kuntesti regolatorji u soċjoekonomiċi nazzjonali. Ir-rapport jiddiskuti l-implikazzjonijiet ta’ dawn l-attitudnijiet u l-kuntesti.

Niżżel in: en