Tip:
Folji ta’ informazzjoni
4 paġni
Xogħol mill-bogħod u ibridu: ġestjoni tas-sikurezza u s-saħħa fi kwalunkwe post
Keywords:Iż-żieda fix-xogħol mill-bogħod u ibridu xprunata mill-pandemija tal-COVID-19 biddlet il-kunċett tradizzjonali tal-post tax-xogħol u ppermettiet tnaqqis fl-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura, żieda fil-produttività u bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Madankollu, il-karatteristiċi ta’ dawn il-ftehimiet tax-xogħol, bħal ħin twil bilqiegħda, l-iżolament soċjali u sigħat twal ta’ xogħol, iwasslu għal impatt negattiv fuq is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali. Ir-riskji fiżiċi u psikosoċjali relatati għandhom jiġu indirizzati mill-impjegaturi u mill-ħaddiema permezz ta’ sensiela ta’ passi u politika dwar ix-xogħol ċara.