Ir-regolamentazzjoni tat-telexogħol f’Ewropa ta’ wara l-COVID-19
Keywords:Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ħafna kumpaniji kellhom jadottaw it-telexogħol. Peress li wara l-pandemija jidher li t-telexogħol se jkompli għal ħafna (nies), il-miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-impjegati jinsabu taħt skrutinju.
Dan ir-rapport jirrieżamina kif it-telexogħol kien irregolat fuq il-livell tal-UE u dak nazzjonali qabel il-COVID-19, filwaqt li jeżamina l-kundizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni, tal-impjieg u tax-xogħol, il-kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Ir-rwol tan-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali huwa diskuss ukoll.
Ir-rapport jikkonkludi billi jeżamina l-bidliet fil-leġiżlazzjoni u fl-inizjattivi adottati b’reazzjoni għall-pandemija, bil-ħsieb li jinforma approċċi effettivi għar-regolamentazzjoni tat-telexogħol fl-UE fl-era ta’ wara l-COVID-19.