Ir-regolamentazzjoni tal-impatt tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-ekonomija tal-pjattaforma online
Keywords:It-tkabbir tal-ekonomija online jippreżenta sfidi għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH). Ix-xogħol tal-pjattaforma online - xogħol fornut jew medjat permezz ta’ pjattaformi online - huwa kkaratterizzat minn firxa wiesgħa ta’ arranġamenti ta’ ħidma, li jinkludu xogħol okkażjonali, impjieg ta’ xi ħadd għal rasu li huwa dipendenti fuq il-klijenti tiegħu, xogħol imħallas b’rata fissa għal kull unità prodotta, xogħol imħallas li jsir mid-dar u esternalizzazzjoni miftuħa.
Dan ir-rapport jiddeskrivi r-riskji tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali li jistgħu jirriżultaw mix-xogħol tal-pjattaforma online, jiddiskuti l-isfidi li l-ekonomija online tippreżenta għall-approċċi regolatorji attwali dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, u joffri eżempji ta’ politiki u sfidi regolatorji li qegħdin fis-seħħ jew li qed jiġu żviluppati biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji u l-isfidi.