Il-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem, l-ortikoltura u l-forestrija
17/08/2017
Din il-gwida mhux vinkolanti tipprovdi informazzjoni u eżempji ta' prattiki tajbin b'rabta mal-implimentazzjoni ta' direttivi dwar is-saħħa u s-sigurtà, flimkien ma' elementi neċessarji oħrajn bħal spjegazzjonijiet u eżempji prattiċi tal-perikli u r-riskji fl-istadji kollha tal-ħidma fl-agrikoltura, l-ortikoltura u l-forestrija. Din il-gwida hija maħsuba biex tgħin lill-partijiet kollha interessati, b'mod partikolari l-bdiewa, is-superviżuri (speċjalment fl-SMEs), l-impjegaturi, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, u oħrajn, biex jimplimentaw direttivi u jimmaniġġjaw b'mod xieraq il-prevenzjoni tar-riskji li jġib miegħu x-xogħol. Din il-gwida fiha wkoll sommarju tad-diversi direttivi tal-UE, referenzi u biblijografija tal-fornituri tal-informazzjoni, glossarju, lista ta' mistoqsijiet ewlenin u lista skont is-suġġett, tabella ta' eżempji prattiċi u tabella ġenerali tad-dmirijiet tal-partijiet interessati. Il-gwida tinkludi diversi eżempji ta' prattiki tajbin li ntgħażlu mill-gwidi eżistenti fl-Istati Membri tal-UE jew li tfasslu speċifikament għal din il-gwida. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli f'format stampat fil-lingwi kollha.