Il-prevenzjoni ta’ esponiment għall-emissjonijiet tal-magni diżil u gassijiet oħrajn tal-egżost matul l-ispezzjoni tal-karozzi

Dan l-istudju tal-każ jiddeskrivi kif il-maniġer ta’ kumpanija indipendenti żgħira, li hija parti minn franchise akbar, ħadet azzjoni biex ikun evitat l-esponiment għal dħaħen karċinoġeniċi fuq il-post tax-xogħol. Bl-appoġġ minn organizzazzjoni lokali statutorja tas-sigurtà soċjali, il-maniġer beda jfassal u jinstalla sistema ġdida ta’ ventilazzjoni tal-egżost biex itejjeb l-ambjent tax-xogħol.

Dan l-eżempju ta’ prattika tajba juri kif kien possibbli li jinkisbu fondi u ħiliet minn sorsi esterni biex titfassal soluzzjoni sempliċi u sostenibbli. Is-sistema diġà ġiet użata bħala mudell għal titjib f'workshops oħra.

Niżżel in: en