Tip:
Rapporti
111 paġni
Is-saħħa mentali fl-agrikoltura: il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali għall-bdiewa u l-ħaddiema tal-azjendi agrikoli
Keywords:Dan ir-rapport jesplora kif l-esponiment għar-riskji psikosoċjali jaffettwa lill-bdiewa u lill-ħaddiema tal-azjendi agrikoli. Ir-riċerka u l-intervisti mal-partijiet ikkonċernati tas-settur jenfasizzaw ir-riskji bħal ammont kbir ta’ xogħol, l-iżolament soċjali, il-fatturi demografiċi u ż-żieda fil-piżijiet amministrattivi hekk kif l-agrikoltura qed tinbidel.
Sett komprensiv ta’ prattiki tajba internazzjonali jenfasizzaw il-miżuri li qed jiġu implimentati għall-protezzjoni kontra l-esponiment għar-riskji psikosoċjali u sabiex titneħħa l-istigma tat-taħdit dwar is-saħħa mentali. Il-kunsiderazzjonijiet u l-indikaturi ta’ politika jenfasizzaw l-indirizzar tas-sorsi tar-riskji u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-azjendi agrikoli.