Il-maniġment tar-riskji li jinħolqu minn kimiki perikolużi f'kumpanija farmaċewtika
18/06/2018
Tip:
Studji tal-Każijiet
5 paġni
Il-kumpanija farmaċewtika Latvjana li fuqha jiffoka l-istudju tal-każ sabet li l-involviment tal-ħaddiema fl-identifikazzjoni ta’ problemi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol — u tabilħaqq f’kull stadju ta' intervent biex titjieb is-sigurtà u s-saħħa — huwa kruċjali biex jiġu implimentati miżuri effettivi ta’ prevenzjoni. Il-kumpanija implimentat miżuri biex tnaqqas jew telimina b'mod sinifikanti l-esponimenti għal sustanzi karċinoġeni, mutaġeni, sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u kimiki perikolużi oħrajn fost il-ħaddiema tagħha, b'mod partikolari ħaddiema nisa tqal jew dawk li qed ireddgħu