Nagħmlu lill-Ewropa post fejn naħdmu bʼmod aktar sigur, li jġib ʼil quddiem is-saħħa u aktar produttiv
18/04/2023
Tip:
Materjal tal-Kampanja / Promozzjonali
2 paġni
L-EU-OSHA hija impenjata li tagħmel il-postijiet tax-xogħol Ewropej aktar siguri u li jġibu ʼl quddiem is-saħħa u għaldaqstant aktar produttivi. Tagħmel dan billi tissensibilizza dwar ir-riskji fuq il-postijiet tax-xogħol u tagħmel enfasi fuq il-benefiċċji taʼ saħħa u sigurtà tajbin fuq il-post tax-xogħol (OSH).
Stabbilita mill-Unjoni Ewropea fl-1994 u bbażata fʼBilbao, Spanja, l-EU-OSHA tippromwovi kultura taʼ prevenzjoni tar-riskju.
Tipprovdi informazzjoni affidabbli u rilevanti u għodda faċli għall-utent, tikkondividi prattiki tajbin, u netwerks mal-organizzazzjonijiet fl-Ewropa kollha sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.