Nagħmlu s-sigurtà kimika parti integrali tal-approċċ 5S fil-manifattura

Keywords:

Kumpanija li tipproduċi folji tal-metall fl-Estonja ħadet passi biex tipproteġi lill-ħaddiema mill-kimiki perikolużi użati fl-impjant tal-manifattura tagħha billi inkorporat is-sigurtà fi strateġija mmirata biex iżżid l-effiċjenza tal-proċessi ta’ manifattura tagħha. L-approċċ meħud mill-kumpanija huwa bbażat fuq l-approċċ “5S”, li l-kunċetti tiegħu jirrigwardaw l-organizzazzjoni effiċjenti u effettiva tal-postijiet tax-xogħol u l-istandardizzazzjoni tal-proċessi fuq il-post tax-xogħol.

Bl-involviment attiv ta’ impjegati fil-livelli kollha, il-kumpanija introduċiet b'suċċess metodi ta' ħidma u sistemi għall-ħażna, l-użu u d-dokumentazzjoni tal-kimiki li huma aktar effiċjenti u aktar siguri. Ingħatat attenzjoni speċjali lil dawk il-ħafna ħaddiema migranti li jitkellmu bir-Russu impjegati fl-impjant, u l-istruzzjonijiet u l-linji gwida l-ġodda kollha huma disponibbli kemm bl-Estonjan kif ukoll bir-Russu.

Niżżel in: en