It-telexogħol mid-dar u l-miżuri preventivi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-postijiet tax-xogħol Ewropej: evidenza minn ESENER-3

Keywords:

Dan ir-rapport jidentifika l-karatteristiċi ewlenin tat-teleħaddiema mid-dar u tal-kumpaniji bit-telexogħol fis-seħħ, u jħares lejn uħud mill-miżuri ta’ prevenzjoni l-aktar komuni li qed jiġu implimentati biex jikkontrobattu r-riskji fiżiċi u psikosoċjali assoċjati mas-saħħa u l-benesseri tal-ħaddiem. Ir-rapport huwa bbażat fuq data mill-istħarriġ ESENER tal-EU-OSHA, l-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Forza tax-Xogħol u l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2015 tal-Eurofound.

L-aktar data reċenti tal-istħarriġ qabel il-pandemija hija analizzata biex tipprovdi fatti u figuri ta’ valur għal dawk responsabbli għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tat-telexogħol wara l-pandemija, b’fokus partikolari fuq il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali.

Niżżel in: en