Il-Ġermanja: Approċċ sistematiku għall-prevenzjoni tal-MSDs

Keywords:

Dan l-istudju tal-każ jenfasizza l-approċċ olistiku tal-Ġermanja biex jindirizza disturbi muskoloskeletali (MSDs), iffaċilitat minn qafas legali komprensiv. Fil-Ġermanja l-MSDs huma l-kawża l-aktar komuni ta’ assenza minn fuq il-post tax-xogħol, u l-prevenzjoni tagħhom hija waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija Konġunta Ġermaniża dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija jinvolvu ħafna persuni kkonċernati — il-gvern federali, l-istati federali u l-istituzzjonijiet tal- assigurazzjoni ta’ aċċidenti, kif ukoll assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, esperti dwar is-sigurtà u tobba okkupazzjonali — b’hekk jippermettu approċċ multidimensjonali u kollaborattiv. L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa Preventiva jipprovdi bażi ġuridika b’saħħitha għal tali kollaborazzjoni, u jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu integrati attivitajiet li għandhom l-għan li jtejbu s-saħħa mhux biss fuq il-postijiet tax-xogħol iżda wkoll f’postijiet fejn in-nies jgħixu u jitgħallmu.

Niżżel in: en