Il-Finlandja — Ġestjoni tal-età f'Saarioinen Ltd
09/03/2016
Saarioinen, manifattur/distributur Finlandiż, kienet irrikonoxxiet żieda fl-assenza fit-tul minħabba mard u ħruġ kmieni mix-xogħol bħala riżultat ta' problemi muskuloskeletali. Fl-2003, il-kumpanija nediet programm dwar l-immaniġġjar tal-età bil-għan li jnaqqas l-ispejjeż assoċjati ma' din il-problema. Il-programm huwa kkomplementat b'ippjanar tal-karrieri għal impjegati li għandhom aktar minn 50 sena, meħtieġa mill-ftehim kollettiv għall-industrija tal-ikel mill-2010. L-impjegati kollha li jagħmlu xogħol manwali li għandhom aktar minn 55 sena flimken ma' servizz ta' ħames snin jew aktar, jistgħu japplikaw għal status ta' "anzjan", li jirriżulta fi pjan individwali inkluż aġġustament tax-xogħol, taħriġ mill-ġdid u ppjanar tal-karriera. Benefiċċji addizzjonali jinkludu garanziji fil-livell tas-salarju, tnaqqis fix-xogħol b'xift/rotazzjoni tax-xogħol, liv "anzjan"/temporanju u kopertura parzjali tal-ispejjeż mediċi. Il-feedback juri li hemm benesseri imtejba tal-impjegati u l-età tal-irtirar żdiedet bi tliet snin. Il-kumpanija qiegħda tikkunsidra li testendi l-programm għall-ħaddiema li ma jagħmlux xogħol manwali. Fatturi ta' suċċess jinkludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta' appoġġ u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, filwaqt li jeżistu sfidi fl-ippjanar tal-karrieri għal ħaddiema avvanzati fl-età. Il-programm huwa trasferibbli għal organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u privat, b'mod partikolari l-element tiegħu fl-ippjanar tal-karriera u l-kwestjonarji dwar is-sodisfazzjon fl-impjieg.