Factsheet 98 - Il-ġestjoni tar-riskji għas-sewwieqa fit-trasport bit-triq: Każi ta’ prattiċi tajbin

Is-sewwieqa fis-settur tat-trasport bit-triq jeħtieġ li tassew ikunu konxji tal-kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà, iżda għal numru ta’ raġunijiet, it-tixrid tal-informazzjoni f’dan is-settur huwa sfida. Din l-iskeda informattiva tiġbor fil-qosor rapport dwar il-kampanji u l-inizjattivi tal-OHS immirati għas-sewwieqa. Il-kampanji jużaw approċċi individwali kif ukoll kollettivi; uħud minnhom huma mmirati għas-sewwieqa biss, filwaqt li oħrajn jinvolvu lil dawk li jħaddmuhom, partijiet interessati oħrajn u saħansitra l-familji tagħhom. L-użu ta’ informazzjoni li hija rilevanti għas-sewwieqa, prattika iżda mhux patronizzanti, wera li huwa effettiv, u l-użu ta’ varjetà ta’ approċċi probabbilment huwa l-aktar soluzzjoni li taħdem.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | is | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | ro | sk | sl | sv |