Factsheet 94 - Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Impjegati

Erba’ residenti Ewropej minn kull ħamsa jgħidu li saħħa tajba hija kruċjali għall-kwalità tal-ħajja tagħhom. Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (WHP) għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa u ssaħħaħ il-kwalità tal-ħajja. Hija tiġbor fiha dak kollu li jsir minn min iħaddem, mill-impjegati tagħhom, u mis-soċjetà biex tittejjeb is-saħħa u l-benesseri tan-nies fuq il-post tax-xogħol. Id-WHP tinkludi titjib tal-mod kif huwa organizzat ix-xogħol, titjib tal-ambjent tax-xogħol, tħeġġeġ lill-impjegati biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet marbutin mas-saħħa kif ukoll tħeġġeġ l-iżvilupp personali. Il-folja tal-fatti tagħti ħarsa ġenerali tad-WHP u tħeġġeġ lill-impjegati biex isiru attivi, jieħdu għażliet marbutin mas-saħħa u jitkellmu ma’ min iħaddimhom dwar id-WHP.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv |