Folja tal-fatti 90 – Manutenzjoni u l-OSHA – Stampa statistika
03/02/2010
Mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta’ saħħa relatati max-xogħol (bħal asbestosis, kanċer, problem ta’ smigħ, u mard muskuloskeletali) huma prevalenti fost ħaddiema involuti f’attivitajiet ta’ manutenzjoni. Ħaddiema ta’ manutenzjoni huma wkoll f’riskju ta’ kull tip ta’ inċident. Id-dejta tal-EUROSTAT minn ħames pajjiżi tal-UE tindika li mill-anqas 15-20% tal-inċidenti kollha u 10-15% tal-inċidenti fatali kollha huma relatati ma' operazzjonijiet ta' manutenzjoni (fl-2006). Huwa essenzjali li jiġu implimentati proċeduri ta’ valutazzjoni tar-riskju adatti għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, kif ukoll jiġu implimentati miżuri ta’ prevenzjoni adegwati biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema involuti f’attivitajiet ta’ manutenzjoni.