Factsheet 85 - Valutazzjoni, eliminazzjoni u tnaqqis sostanzjali tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. Sommarju ta’ rapport tal-Aġenzija
20/10/2009
Il-valutazzjoni tar-riskji hija l-bażi ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà li tirnexxi, u s-soluzzjoni għat-tnaqqis ta’ inċidenti relatati maxxogħol u mard fuq il-post tax-xogħol. Jekk tiġi implimentata sew, tista’ ttejjeb mhux biss is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol iżda wkoll ir-rendiment kummerċjali b’mod ġenerali. Ir-rapport jappoġġja l-kampanja Ewropea ‘postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa’ 2008/2009 dwar il-valutazzjoni tar-riskji billi jipprovdi tagħrif dwar interventi li rnexxew fuq il-post taxxogħol sabiex jeliminaw jew inaqqsu sew ir-riskji. Ir-rapport huwa mmirat lejn dawk li huma responsabbli għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskji fuq il-post tax-xogħol u għat-teħid taddeċiżjonijiet dwar miżuri preventivi.