Folja tal-fatti 78: Mard Muskuloskeletali relatat max-Xogħol: rapport ta’ prevenzjoni. Sommarju
08/02/2008
Il-mard muskuloskeletali huwa l-aktar problema relatata max-xogħol fl-Ewropa – 25% tal-ħaddiema tal-UE27 jirrappurtaw li jsofru minn uġiegħ fid-dahar u 23% jilmentaw minn uġiegħ muskolari. L-ewwelnett, hemm passi preventivi li għandhom jiġu meħuda. Iżda għal ħaddiema li diġa' għandhom l-MSDs, l-isfida li jibqgħu impjegati, jinżammu fl-impjieg u jekk meħtieġ jiġu integrati mill-ġdid fil-post tax-xogħol. Din il-folja tal-fatti tenfasizza s-sejbiet prinċipali tar-rapport ta’ prevenzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li jiffoka fuq il-prevenzjoni tal-MSDs u l-iżvilupp u l-progress li sar f'dan il-qasam mill-kampanji preċedenti tal-MSDs fl-2000. Ir-rapport jikkonsisti f'żewġ partijiet: analiżi mill-aqwa tad-dokumentazzjoni tar-riċerka rigward intervenzjonijiet relatati max-xogħol li jipprevjenu riskji ta’ MSDs; u 15 -il każ ta’ studju li juru kif il-problemi ġew solvuti fuq il-livell tal-post tax-xogħol.