Factsheet 74 - Previżjoni ta’ l-esperti fuq ir-riskji psikosoċjali emerġenti relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS)
05/09/2007
Bidliet sinjifikanti li qed jiġru fid-dinja tax-xogħol iwasslu għall-feġġa ta’ riskji psikosoċjali. Riskji bħal dawn li huma marbutin mal-mod ta’ kif inhu ddisinjat, organizzat u immaniġjat ix-xogħol, kif ukoll għall-kuntest ekonomiku u soċjali tax-xogħol, jirriżultaw f’livell li żdied ta’ tensjoni u jistgħu jwasslu għal deterjorament serju tas-saħħa mentali u fiżiku. Fl-2005, iktar minn 20% tal-ħaddiema mill-UE kienu jemmnu li s-saħħa tagħhom qegħda f’riskju minħabba tensjoni relatata max-xogħol. Din il-folja ta’ fatti tiġbor fil-qosor ir-riżultati tat-tbassir ta’ l-esperti fuq ir-riskji psikosoċjali li qed jitfaċċaw, imsaħħa minn analiżi ta’ riċerka xjentifika fuq suġġetti importanti identifikati mill-esperti.