Factsheet 71 - Introduzzjoni għall-problemi muskoloskeletali li huma relatati max-xogħol
01/07/2007
Tip:
Skedi informattivi
2 paġni
Il-problemi muskoloskeletali (musculoskeletal disorders - MSDs) huma laktar problema komuni relatata max-xogћol fl-Ewropa. Kważi 24 % talħaddiema ta’ l-UE-25 qalu li jsofru minn uġigħ fid-dahar u 22 % jilmentaw minn uġigħ muskolari. Iż-żewġ kundizzjonijiet huma aktar prevalenti fl- Istati l-Membri l-ġodda, b’39 % u 36 % rispettivament (1). Mhux talli l-MSDs jikkawżaw tbatija u telf ta’qligħ finanzjarju fuq livell personali, iżda jikkawżaw ukoll spejjeż għoljin lin-negozji u lill-ekonomiji nazzjonali. Għalkemm kull ћaddiem jista’ jkun affetwat, l-MSDs jistgћu jiġu evitati billi ssir evalwazzjoni tax-xogħol, u jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta’ prevenzjoni li jiġu ċċekkjati regolarment sabiex ikun żgurat li jibqgħu effettivi.