Factsheet 69 - Ħaddiema żgħażag — fatti u figuri. Xogħol għaż-żgħażag
19/06/2007
Din il-folja ta’ fatti tiġbor fil-qosor l-ewwel sezzjoni ta’ rapport li jeżamina r-riskji fuq ħaddiema żgħażagħ. Il-proporzjon ta’ ħaddiema żgħażagħ qed jonqos kważi fl-Istati Membri kollha. Madankollu, ir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ fl-UE-25 kienet iktar minn darbtejn ogħla r-rata totali tal-qgħad. Il-folja ta’ fatti tagħti ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni ta’ l-impjiegi tal-ħaddiema żgħażagħ u x-xogħlijiet li huma impjegati fihom, l-aktar fi professjonijiet ta’ servizz u xogħlijiet manwali li ma tantx jitolbu sengħa. Din id-distribuzzjoni għandha implikazzjonijiet importanti għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol taż-żgħażagħ minħabba s-sett speċifiku ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jagħmlu l-ħsara (li jinkludu paga baxxa, xogħol temporanju staġjonali, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux tajbin, ħinijiet tax-xogħol mhux tipiċi, xift, xogħol bil-lejl u fi tmiem il-ġimgħa, xogħol li jitlob saħħa fiżika). Il-kwistjonijiet tas-sess għandhom ukoll rwol importanti.