Factsheet 102 - Il-promozzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol - Sommarju ta' rapport dwar prattika tajba
07/06/2012
Din il-folja ta' tagħrif fiha sommarju ta' rapport dwar prattika tajba fil-promozzjoni tas-saħħa mentali (MHP) fuq il-post tax-xogħol. Il-promozzjoni tas-saħħa mentali tinkludi l-azzjonijiet kollha li jagħtu kontribut favur saħħa mentali tajba. L-għan ewlieni tagħha huwa li tiffoka fuq xi jżomm u jtejjeb il-benessri mentali. Importanti li nenfasizzaw li biex tkun tabilħaqq effikaċi l-MHP għandha tinkludi taħlita ta' ġestjoni tar-riskji u promozzjoni tas-saħħa. Fir-rapport issib tagħrif dwar kif tista' tintegra l-MHP f'approċċ globali li jsaħħaħ u jmexxi 'l quddiem is-saħħa, is-sigurtà u l-benessri tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol. Uħud mill-każi li ġew studjati huma interessanti b'mod partikulari minħabba l-approċċi innovattivi u kreattivi tagħhom.