Gwida Ewropea għall-prevenzjoni tar-riskji f’bastimenti tas-sajd żgħar

Din il-gwida hija maħsuba biex ikun hemm prevenzjoni tar-riskji għall-bastimenti tas-sajd żgħar u għal dawk li jaħdmu fuqhom, b'mod li kemm il-bastimenti kif ukoll l-ekwipaġġ jirritornaw mill-vjaġġ qawwijin u sħaħ. Billi dawn il-bastimenti jirrappreżentaw madwar 80 % tal-flotta tas-sajd sħiħa tal-UE u billi l-imwiet, il-korrimenti u t-telf ta’ bastimenti laħqu livelli mhux aċċettabbli, din il-gwida hija kruċjali għall-prevenzjoni tar-riskji u għall-protezzjoni tal-komunitajiet tas-sajd fuq skala akbar. Il-moduli differenti fil-gwida jiffukaw fuq oqsma ewlenin, b’mod partikolari l-bastiment, l-ekwipaġġ, l-operazzjonijiet tas-sajd, l-avvenimenti ta’ każijiet reali, il-valutazzjoni tar-riskju u informazzjoni addizzjonali bħall-apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma, l-istabbiltà, l-ewwel għajnuna, it-tagħmir tax-xogħol u l-eżerċizzji ta’ taħriġ f’każ ta’ emerġenza. Glossarju flimkien ma’ stampi, ritratti u ċarts jenfasizzaw il-punti importanti fil-gwida, u jagħmluha referenza estremament faċli għall-utent.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv |