Gwida ta’ finanzjament tal-EU-OSHA 2024
25/09/2024
Tip:
Rapporti
63 paġni
Il-gwida tipprovdi informazzjoni essenzjali dwar kif jaħdem il-finanzjament Ewropew u tippreżenta programmi rilevanti għall-inizjattivi tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) biex tgħin fl-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament xierqa għall-partijiet ikkonċernati tal-EU-OSHA. Din tintroduċi proġetti ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll xi eżempji ta’ fondi li huma “ġestiti b’mod kondiviż” mill-Istati Membri. Il-programmi koperti jinkludu l-Fond Soċjali Ewropew+, l-EU4Health, il-Prerogattivi Soċjali u l-Linji ta’ Kompetenzi Speċifiċi, l-Erasmus+, l-ORIZZONT Ewropa u aktar.