
ErgoKita: eżempju ta’ intervent ergonomiku fis-settur tal-edukazzjoni
Keywords:Dan id-dokument ta’ diskussjoni jeżamina l-proġett ErgoKota, li studja l-fatturi ta’ riskju għal mard muskoloskeletali (MSDs) għall-għalliema tal-iskejjel ta’ qabel il-primarja u l-effetti ta’ intervent. Dan beda bil-kejl tax-xogħol fiżjoloġiku, li jkopri qagħdiet skomdi bħal bilqiegħda u rfigħ, u inkluda l-provvediment ta’ tagħmir ergonomiku.
L-għamara mfassla għall-adulti u mhux biss għat-tfal, ippromwoviet is-saħħa tal-ħaddiema. Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-teħid tad-deċiżjonijiet ħeġġet il-"buy-in" u żiedet l-għarfien, billi bidlet l-imġiba barra mill-impjieg kif ukoll fuq il-post tax-xogħol. L-approċċ ergonomiku parteċipattiv ġie applikat b’suċċess f’ħafna setturi, u l-intervent huwa trasferibbli għal nurseries ta' matul il-jum oħrajn u għal pajjiżi oħrajn.