L-iżgurar tas-sigurtà f’impjant tal-manifattura tal-pestiċidi permezz ta’ manutenzjoni effettiva
18/06/2018
Il-kumpanija tal-manifattura ta’ pestiċidi Ungeriża li fuqha huwa bbażat dan l-istudju tal-każ identifikat li l-manutenzjoni effettiva tat-tagħmir hija komponent ewlieni ta' tħaddim sigur tal-impjant. Ġiet implimentata sistema ġdida u aktar effiċjenti għall-maniġment tal-manutenzjoni, li tinvolvi monitoraġġ regolari tat-tagħmir u l-użu ta' softwer maħluq apposta biex jirreġistra u jsegwi ħsarat u tiswijiet. Intużaw awditi u bonusijiet regolari għar-rappurtar b'mod preċiż ta’ nuqqas ta' konformità fost l-impjegati u biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ta’ manutenzjoni effettiva.
Il-kumpanija ffukat b'mod partikolari fuq is-sottokuntratturi, u stabbilixxiet regolamenti dokumentati b'mod ċar dwar kundizzjonijiet tax-xogħol, permessi tax-xogħol u s-superviżjoni tal-kuntratturi. L-impenn tal-maniġment għal manutenzjoni effettiva u komunikazzjoni tajba mal-impjegati u s-sottokuntratturi kien kruċjali għas-suċċess ta’ din is-sistema l-ġdida kif ukoll għall-iżvilupp tal-kultura tas-sigurtà tal-kumpanija.