Fatt elettroniku 76: Il-benessri fuq il-post tax-xogħol: il-ħolqien ta’ ambjent tax-xogħol pożittiv

Din il-pubblikazzjoni tiġbor fil-qosor is-sejbiet mir-rapport ‘Il-benessri fuq il-post tax-xogħol: il-ħolqien ta’ ambjent tax-xogħol pożittiv’, li huwa bbażat fuq tweġibiet għal kwestjonarju mqassam lil organizzazzjonijiet fi 30 pajjiż, u stħarriġ tal-bibljografija. Il-benessri fuq il-post tax-xogħol hija ta’ valur għall-kwalità tal-ħajja kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku. L-importanza tagħha qed tiġi rikonoxxuta dejjem aktar fl-Ewropa kollha iżda ma hemm l-ebda definizzjoni jew approċċ standard maqbula. Id-dokument sommarju jiddeskrivi l-kunċett ta’ benessri fuq ix-xogħol fl-UE, jagħti dettalji dwar azzjonijiet speċifiċi meħtieġa biex il-kunċett jitmexxa 'l quddiem u jsemmi eżempji ta’ prattika tajba f’organizzazzjonijiet fl-Ewropa li qed jindirizzaw il-benessri fuq ix-xogħol.

Niżżel in: cs | el | en | fr | hu | it | lt | mt | no | sk |