
Fatt elettroniku 75: Sustanzi perikolużi u komunikazzjoni ta’ suċċess fuq il-post tax-xogħol
Keywords:Is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tiddependi mis-sensibilizzazzjoni tar-riskju. L-impjegaturi u l-ħaddiema jeħtieġ li jkunu jafu liema sustanzi perikolużi jinsabu fuq il-post tax-xogħol u kif għandhom jiġu trattati. Dan il-fatt elettroniku joffri għajnuniet għal komunikazzjoni ta’ suċċess fuq il-post tax-xogħol dwar sustanzi perikolużi, inkluż l-użu ta’ skedi ta' dejta ta' sigurtà, u jipprovdi lista ta’ sorsi għal aktar informazzjoni. Jiddeskrivi kif żewġ regolamenti ġodda dwar is-sustanzi kimiċi għandhom l-għan li jtejbu l-komunikazzjoni dwar ir-riskji ta’ sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol. Dawn huma dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u l-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ (CLP).