Fatt elettroniku 65: Motivazzjoni tal-impjegaturi li jwettqu promozzjoni dwar is-saħħa fuq il-post tax-xogħol - sommarju tal-analiżi bibljografika

Keywords:

Dan il-fatt elettroniku jiġbor fil-qosor ir-rapport li jippreżenta s-sejbiet ta’ analiżi bibljografika dwar ir-raġunijiet, l-argumenti u l-motivazzjonijiet ewlenin għall-impjegaturi sabiex iwettqu inizjattivi għall-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (WHP), u jiddiskuti xi wħud mill-isfidi u l-ostakoli assoċjati. Dan l-għarfien jista’ jintuża sabiex l-impjegaturi jiġu inkoraġġiti u mmotivati jibdew id-WHP. Id-WHP tiġbor l-isforzi kkombinati tal-impjegaturi, il-ħaddiema u s-soċjetà sabiex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-persuni fuq ix-xogħol. L-iżvilupp u ż-żamma ta’ ambjent tax-xogħol u forza tax-xogħol f’saħħithom għandhom benefiċċji ċari għall-kumpaniji u l-impjegati, iżda jistgħu jwasslu wkoll għal titjib fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

Niżżel in: el | en | fr | lt | lv | mt | nl | no | sk |