Fatt elettroniku 63 - Akkwist ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol
16/11/2012
Tip:
Fatti elettroniċi
10 paġni
Tradizzjonalment, il-kompiti tal-manutenzjoni fil-kumpaniji twettqu minn persunal tal-manutenzjoni intern u speċjalizzat. Madankollu, matul dawn l-aħħar deċennji, kien hemm tibdil sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-manutenzjoni. Illum il-ġurnata, il-kompiti tal-manutenzjoni jistgħu jiġu kondiviżi bejn l-operaturi u l-persunal tal-manutenzjoni, jew jiġu esternalizzati parzjalment jew għal kollox. L-esternalizzazzjoni hija xejra li qed tiżdied fl-organizzazzjonijiet moderni tax-xogħol. Id-dejta tindika li din ix-xejra baqgħet fuq l-istess rotta sal-lum.