Fatt elettroniku 62 - Manutenzjoni sikura - Xogħol ta’ kuntratturi u sottokuntratturi

Keywords:

Il-manutenzjoni hija terminu ġeneriku ħafna għal varjetà ta’ kompiti mwettqa fis-setturi kollha u f'kull tip ta’ ambjent tax-xogħol. Manutenzjoni korrettiva kif ukoll preventiva, hija attività anċillari tipika li l-intrapriżi jesternalizzaw billi jikkuntrattaw fornituri esterni ta’ servizzi. Skont l-ambjent tax-xogħol u l-attività mwettqa, il-ħaddiema tal-manutenzjoni huma esposti għal varjetà ta’ perikli u fatturi ta’ riskju. Xi wħud minn dawn il-fatturi ta’ riskju jaffettwaw is-saħħa tal-ħaddiema, prinċipalment fuq terminu twil, filwaqt li oħrajn huma l-kawża ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol.

Niżżel in: cs | el | en | lt | lv | mt | sk |