E-fact 54: Manutenzjoni sikura tal-għodod portabbli fil-kostruzzjoni

Il-manutenzjoni fqira tal-għodod portabbli fil-kostruzzjoni (kemm tal-idejn u kemm elettriċi) tippreżenta riskji sinifikanti għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jużawhom. Iż-żamma regolari u l-manutenzjoni u l-ħżin xierqa huma essenzjali għall-użu sikur tal-għodod portabbli fuq is-siti tal-kostruzzjoni. Fil-prattika dan jitlob li jsiru spezzjonijiet viżivi kuljum ħalli jiġu identifikati sinjali ta' ħsarat possibbli. Is-servizz u l-manutenzjoni jgħinu fit-tneħħija / fil-minimizzazzjoni tal-perikli u r-riskji relatati mal-użu tal-għodod portabbli, iżda fil-manutenzjoni tal-għodod portabbli hemm ukoll ċerti riskji speċifiċi u għalhekk dan irid isir b'mod sikur. Dan l-e-fact jagħti tagħrif dwar il-perikli u r-riskji assoċjati mal-għodod portabbli li jintużaw fuq is-siti tal-kostruzzjoni u dwar kif il-ħaddiema għandhom jittrattaw dawn ir-riskji.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | is | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | ro | sk | sl | sv |